Tuesday, July 21, 2026
Home Sport Manchester City jingħaqdu fit-tellieqa biex jiffirmaw lil Dani Olmo

Manchester City jingħaqdu fit-tellieqa biex jiffirmaw lil Dani Olmo

0
806
Soccer Football - Euro 2020 - Semi Final - Italy v Spain - Wembley Stadium, London, Britain - July 6, 2021 Spain's Dani Olmo in action with Italy's Leonardo Bonucci Pool via REUTERS/Laurence Griffiths

Manchester City ingħaqdu fit-tellieqa biex jiffirmaw lil Dani Olmo.

Manchester United u Barcelona t-tnejn kienu marbuta mal-midfielder ta’ RB Leipzig, li rrappreżenta lil Spanja fil-Kampjonati Ewropej fis-sajf.

Olmo kien fl-akkademja ta’ Barcelona bejn l-2007 u l-2014, iżda l-club Spanjol jista’ ma jkollux il-finanzi biex jaffordja li jerġa’ jiffirmah.

Manchester United kellhom scouts jaraw lil Olmo prattikament f’kull logħba riċenti f’darhom.

Olmo, ta’ 23 sena, għamel biss tliet dehriet ma’ RB Leipzig dan l-istaġun minħabba injury muskolari.