Monday, May 13, 2024

Newcastle United iridu jiffirmaw lil Ousmane Dembele

Aqra wkoll

Newcastle United fetħu taħditiet biex jakkwistaw lill-attakkant ta’ Barcelona, Ousmane Dembele.

L-internazzjonali Franċiż se jkun bla kuntratt fil-Camp Nou fi tmiem l-istaġun u Barcelona qed jitħabtu biex joffrulu ftehim ġdid adattat minħabba l-problemi finanzjarji kontinwi tagħhom.

Liverpool u Manchester City huma fost il-clubs li kienu marbuta mal-firma ta’ Dembele, li ngħaqad mal-Katalani mingħand Borussia Dortmund fl-2017.

Newcastle issa ngħaqdu fit-tellieqa għall-firma tal-player ta’ 24 sena wara t-tlestija tat-teħid tal-kontroll tagħhom appoġġjat mill-Arabja Sawdija.

Huwa mifhum li l-Magpies diġà bdew bin-negozjati u Dembele qed jitlob bonus għall-iffirmar ta’ €15-il miljun.

L-attakkant, li għad irid jidher dan l-istaġun minħabba li għadu qed jirkupra minn injury, skorja 30 goal f’118-il dehra ma’ Barcelona.

Sport