Juventus qed jiżnu li jagħmlu offerta sensazzjonali għall-attakkant ta’ Paris Saint-Germain, Neymar.
L-internazzjonali Brażiljan ilu jilgħab fil-Ligue 1 ma’ PSG mill-2017, meta ngħaqad magħhom mingħnd Barcelona fi ftehim rekord dinji ta’ €222 miljun.
Madankollu, hemm rapporti qawwija fi Franza li l-club jista’ jikkunsidra li jħallih jitlaq wara l-kuntratt ġdid iffirmat minn Kylian Mbappe mal-Pariġini.
Huwa mifhum li Juventus qed jikkunsidraw li jagħmlu offerta għal Neymar wara t-talba tal-coach Massimiliano Allegri biex tiżdied il-kwalità ġenerali tat-team.