Saturday, August 1, 2026
Home Covid-19 Il-każi attivi joqorbu l-4,400 … imutu żewġ persuni

Il-każi attivi joqorbu l-4,400 … imutu żewġ persuni

0
770

Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 479 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 180 persuna. 

L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 4,378. 

It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija tela’ għal 740 wara li fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa kien irrappurtat li mietu żewġ persuni waqt li kienu pożittivi għall-virus.