Tuesday, May 14, 2024

Manchester United jippreparaw biex jissottomettu offerta mtejba għal Frenkie de Jong

Aqra wkoll

Manchester United qed jippreparaw biex jissottomettu offerta mtejba għall-midfielder ta’ Barcelona, Frenkie de Jong.

Ir-Red Devils identifikaw lill-internazzjonali Olandiż bħala l-mira ewlenija tagħhom għat-trasferiment tas-sajf, bil-manager il-ġdid Erik ten Hag jinsab ħerqan għal rijunjoni mal-player li huwa mexxa ma’ Ajax.

De Jong qal aktar kmieni dan ix-xahar li kien kuntent ma’ Barcelona, u sostna li l-club Katalan huwa “l-club tal-ħolm” tiegħu, iżda Ten Hag allegatament ikkonvinċa lill-Olandiż biex imur jilgħab f’Old Trafford.

Sport