Juventus qed ilestu sabiex iġeddu l-kuntratt tal-plejer internazzjonali mill-Istati Uniti Weston McKennie. Il-plejer għandu 26 sena u l-għan hu li jtuh kuntratt sa Ġunju 2029 u jsir wieħed mill-plejers simbolu tat-tim.
McKennie ilu mal-Bianconeri sa mis-sena 2021 fejn magħhom lagħab 101 logħba u skorja seba’ gowls. Fil-passat hu kien jilgħab ukoll ma’ Leeds United, FC Dallas u Schalke 04.