Monday, July 20, 2026
Home Sport Beach Soccer: Rimonta mill-aqwa tara lil Malta jiksbu rebħa fil-ħin barrani

Beach Soccer: Rimonta mill-aqwa tara lil Malta jiksbu rebħa fil-ħin barrani

0
4

It-tim nazzjonali Malti tal-beach soccer wettaq rimonta mill-aqwa minn tliet gowls minn taħt biex għeleb lis-Slovakkja 4-3 fil-ħin barrani.

Il-Maltin iġġieldu sal-aħħar sekonda, u skorjaw il-gowl rebbieħ fl-aħħar mumenti tal-ħin barrani.

Is-Slovakki ħarġu b’saħħithom u kienu minn fuq 3-0 f’nofs it-tieni perjodu. Iżda l-maltin ma qatgħux qalbhom u skorjaw żewġ gowls qabel tmiem it-tieni perjodu, permezz ta’ Jeremy Cassar u penalty mill-captain Claudio Venuto.

Malta taw kollox fit-tielet perjodu u ġew ippremjati bi 48 sekonda mit-tmiem, meta Brandonlee Bray skorja minn freekick minn distanza ta’ 10 metri.

Il-ħin barrani kien mimli tensjoni għaż-żewġ naħat, iżda Malta skorjat il-gowl rebbieħ 50 sekonda mit-tmeim biex evitat il-penalties. Il-goalkeeper Brandon Muscat spara xutt b’saħħtu minn ġewwa l-kaxxa tiegħu stess li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper avversarju, bil-ballun jintemm dritt fix-xibka.

B’riżultat ta’ dan, Malta temmet il-kampanja tagħha f’Diviżjoni B tal-Euro Beach Soccer League tal-2026 fuq nota pożittiva, wara tournament b’għadd ta’ testijiet ewlenin kontra avversarji iebsa.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here