Monday, July 20, 2026
0
2

MORGAN ROGERS – Chelsea qablu fuq ftehim rekord tal-club ta’ £117-il miljun biex jiffirmaw lill-midfielder tal-Ingilterra u Aston Villa, Morgan Rogers, 23 sena. Huwa se jiffirma kuntratt ta’ sitt snin fi Stamford Bridge, b’għażla ta’ sena oħra. Rogers se jsirlu l-eżami mediku llum it-Tnejn wara li jirritorna mid-dmir internazzjonali mal-Ingilterra fit-Tazza tad-Dinja 2026.

Il-ftehim jistabbilixxi rekord ġdid ta’ trasferimenti għal player Ingliż, u jegħleb il-ħlas ta’ £116-il miljun li Manchester City qablu ma’ Nottingham Forest għal midfielder ieħor tat-Three Lions, Elliot Anderson, aktar kmieni dan is-sajf. Rogers se jsir l-aktar akkwist għali fl-istorja ta’ Chelsea, meta qabeż il-£107 miljun li nefqu fuq il-midfielder Arġentin, Enzo Fernandez, fl-2023.

WREXHAM JEGĦLBU LIL MAN UNITED – It-team taċ-Championship, Wrexham, li qed jaspira li jilgħab fil-Premier League, għeleb lil Manchester United 1-0 f’partita ta’ ħbiberija li saret fl-Olimpia Stadion ta’ Helsinki bil-goal uniku jasal fid-39 minuta minn Sam Smith. Fil-mistrieħ iż-żewġ timijiet bidlu l-players kollha minbarra wieħed ta’ Wrexham li daħal jilgħab fis-70 minuta.

SAVINHO – Tottenham Hotspur għadhom kunfidenti li jiffirmaw lill-winger Brażiljan mingħand Manchester City, Savinho, 22 sena, li m’għandux post regolari fl-Emirates Stadium.

RODRI – Real Madrid qalu li m’għandhom l-ebda intenzjoni li jmorru għall-midfielder ta’ Spanja u Manchester City, Rodri, 30 sena, dan is-sajf.

PHIL FODEN – Milan qed iżommu kont tal-midfielder ta’ Manchester City u l-Ingilterra, Phil Foden, 26 sena. Iżda kwalunkwe ftehim għal Foden ikun possibbli biss jekk Milan jirnexxilhom ibigħu lill-attakkant Portugiż, Rafael Leao, 27 sena.

BEN NELSON – Id-difensur ta’ Leicester City, Ben Nelson, 22 sena, qal lill-club li jrid jitlaq, b’Manchester United u West Ham interessati fil-player Ingliż.

ELIJAH UPSON – Arsenal mistennija jiffirmaw lid-difensur Ingliż, Elijah Upson, wara li l-player ta’ 18-il sena rrifjuta kuntratt ġdid ma’ Tottenham. Elijah huwa t-tifel tal-eks difensur ta’ Arsenal, Crystal Palace, Birmingham City u West Ham, Matthew Upson.

JOAO PALHINHA – Il-midfielder internazzjonali Portugiż, Joao Palhinha, 31 sena, mistenni jirritorna ma’ Bayern Munich għall-bidu tat-taħriġ ta’ qabel l-istaġun b’rapporti li l-player mistenni jiffirma ma’ Aston Villa huma bogħod mill-veritá.

SAMUEL MARTINEZ – Liverpool mistennija jiffirmaw lill-midfielder Kolombjan ta’ 17-il sena, Samuel Martinez, mingħand Atletico Nacional għal madwar £750,000.

CRISTIAN ROMERO – Real Madrid, Barcelona u Atle­tico Madrid huma interessati li jiffirmaw lid-difensur ta’ Tottenham u l-Arġentina, Cristian Romero, 28 sena.

FOLARIN BALOGUN – Juventus qegħdin qabel Borussia Dortmund u Sunderland fit-taqtiegħa biex jiffirmaw lill-attakkant tal-Istati Uniti, Folarin Balogun, 25 sena, li jilgħab ma’ Monaco f’Ligue 1.

MAXENCE LACROIX – Chelsea għadhom f’taħditiet biex jiffirmaw lid-difensur internazzjonali Franċiż, Maxence Lacroix, 26 sena, iżda l-prezz mitlub minn Crystal Palace ta’ madwar £70 miljun qed iwaqqaf il-ftehim.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here