Id-diriġenti ta’ Juventus u l-aġent ta’ Paul Pogba ftiehmu b’mod kunsenswali li jxolju l-kuntratt tiegħu u wara li jiskonta s-sospensjoni li għandu, jingħaqad ma’ xi tim ieħor u jkompli l-karriera tiegħu hemmhekk. Jidher li bħalissa l-eks plejer internazzjonali Franċiż qed jitħarreġ f’Miami sabiex ikun lest għar-ritorn tiegħu.
Jingħad li Juventus se jkunu qed jiffrankaw madwar €30 miljun wara dan il-ftehim.