Sunday, December 22, 2024

Kaċċaturi jingħaqdu mal-pulizija biex isibu studenti maħtufin fin-Niġerja

Aqra wkoll

Mijiet ta’ kaċċaturi ngħaqdu mal-pulizija fejn qiegħda ssir tfittxija biex jinstabu studenti li ġew maħtufin fin-Niġerja.

Fl-aħħar jiem, persuni armati ħatfu mill-inqas 9 studenti mill-università fl-istat ta’ Kogi fiċ-ċentru tal-pajjiż. Persuni lokali li tkellmu mal-midja internazzjonali qalu li l-persuni armati attakkaw diversi studenti li kienu qegħdin jattendu lezzjoni fl-Università.

Jirriżulta li huma daħlu fuq l-istudenti u bdew jisparaw u anke ordnaw lil istudenti biex ħadd ma jitħarrek minn posti. Huma imbgħad qabdu l-ewwel 9 studenti li sabu quddiemhom, rabtuhom u ħarbu bihom.

Il-Gvern tal-Istat ta’ Kogi kkonferma li kien hemm mill-inqas 9 studenti maħtufin, iżda sostna li dan in-numru jista’ jiżdied. Fi stqarrija qalu li l-forzi tal-ordni qegħdin jaraw fejn setgħu ttieħdu l-istudenti u issa wkoll magħhom ingħaqdu mijiet ta’ kaċċaturi li qegħdin iżuru żoni remoti.

Ekonomija

Sport