Friday, September 27, 2024

Kalvin Phillips mhux ikkunsidrat minn Manchester City

Aqra wkoll

Hekk kif il-plejer ta’ nofs il-grawnd Spanjol Rodri weġġa’ l-ligament tal-cruciate u għandu barra sa tmiem l-istaġun, il-klabb tiegħu Manchester City qed ifittxu lil xi ħaddieħor biex joħodlu postu. Għall-bidu rapporti fil-gazzetti Ingliżi kienu qed jindikaw li kien se jkun Kalvin Phillips li bħalissa jinsab ma’ Ipswich Town wara li fl-istaġun li għadda kien misluf ukoll lil West Ham United. Minkejj

a kollox, il-kowċ Pep Guardiola ma tantx jimpressjonah l-istil ta’ dan il-plejer u għalissa se jkun qed jipponta fuq żgħażagħ oħra fl-iskwadra.

Rodri se jkun qed jibda perjodu ta’ rijabilitazzjoni wara operazzjoni oħra li se ssirlu dalwaqt.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport