Saturday, May 18, 2024

Kampjonat Premier: Birkirkara jdawru telfa f’rebħa

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Zebbug Rangers …..1

Birkirkara …………….2

Birkirkara dawru telfa f’rebħa meta għelbu lil Zebbug Rangers bl-iskor ta’ 2-1 biex għandhom punti massimi minn żewġ logħ­biet.

Iżda kienu Zebbug Ran­gers li fetħu l-iskor proprju fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu fit-tmien minuta meta Ro­berto Enrique Sanchez indirizza cross għan-nofs li sab lil STANIMIR MILOSKOVIC li għola tajjeb u permezz ta’ daqqa ta’ ras b’saħħitha mill-vicin tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Birkirkara wieġbu, fl-24 minuta, permezz ta’ xutt mid-distanza ta’ Alex da Paixao Alves li ġie mdawwar f’corner b’diffikultá mill-goalkeeper tar-Rangers, Jamie Azzopardi.

Fis-36 minuta, l-Istripes rnex­xielhom iġibu l-iskor indaqs meta minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Alex da Piaaxo Alves, KEVIN TULIMIERI xeħet fix-xibka permezz ta’ daqqa ta’ ras.

Il-pressjoni kienet kollha fuq Birkirkara u fit-53 minuta resqu viċin meta Alex da Paixao Alves kellu xutt mid-distanza devjat minn difensur avversarju li stampa mal-mimduda.

Iżda did-59 minuta, Bir­kirkara marru fil-vantaġġ meta Yannick Yankam niżżel il-ballun lejn Paul Mbong li b’ġirja tajba u b’eleganza qabeż lill-captain tar-Ran­gers Randall Vella u għadda tajjeb lejn ENZO DANIEL CABRERA li mill-viċin tefa’ l-ballun f’lasti vojta.

Birkirkara komplew jippressaw u minuta biss wara Coppola indirizza ballun fit-tul lejn Cabrera li niżżel il-ballun lejn Alex da Paixao Alves li kellu x-xutt mill-ewwel tiegħu minn pożizzjoni ideali jintemm ftit għoli.

Fl-64 minuta, Kevin Tulimieri, dejjem għall-Istripes xeħet cross fid-direzzjoni ta’ Paul Mbong li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tiġi salvata minn fuq il-linja fatali minn Shaun Bugeja.

Kull ma jmur kompla d-dominju assolut tat-team immexxi mill-coach Taljan Giovanni Tedesco u minuta wara, Alex da Paixao Alves, xeħet cross perikoluż b’Randall Vella fit-tentattiv li jikklerja l-ballun ‘il bogħod minn kull periklu għal ftit ma kkommettiex auto-goal, iżda fortunatament għalih u għat-team tiegħu, il-ballun intemm f’corner.

Birkirkara komplew jamministraw il-vantaġġ mi­nimu li kellhom sa tmiem il-partita fejn qatt ma taw ċans liż-Żebbuġin jippenetraw lid-difiża tagħhom.

ZEBBUG R.: 1-Jamie Azzopardi, 3-Shaun Bugeja, 6-Wilker Rocha Santos, 7-Yanis Tonna (5-Travis Bartolo 70), 10-Stefan Jankovic, 11-Charles Lokoli Ngoy, 15-Roberto Enrique Sanchez, 16-Randall Vella (77-Gaetano Joseph Gesualdi 77), 18-Almir De Jesus Soto Maldonado, 21-Stanimir Miloskovic (20-Jordan Sciberras 70), 23-Kurt Bondin (9-Miguel Perez Jimenez 70)   – Coach: Brian Spiteri

BIRKIRKARA: 1-Giacomo Nava, 5-Enrico Pepe, 6-Diego Pires Dall’Oca (25-Neil Micallef 71), 7-Alex Da Piaxao Alves, 8-Yannick Yankam, 10-Paul Mbong (2-Iorio Osvaldo 86), 11-Kurt Zammit, 22-Cain Attard, 30-Enzo Daniel Cabrera (23-Jean Paul Farrugia 86), 72-Alessandro Coppola, 92-Kevin Tulimieri (77-Denis Custodio Ribeiro 79)   – Coach: Giovanni Tedesco

REFEREE: Darryl Agius

ASS. REFEREES: Luke Portelli, Kurt Saliba

RABA’ UFF: Ishmael Barbara

SKORERS: S. Miloskovic 8 (Z), K. Tulimieri 36, E. D. Cabrera 59 (B)

AMMONITI: D. Pires Dall’Oca (B), Y. Tonna, C. Lokoli Ngoy (Z)

Sport