Saturday, May 4, 2024

Kampjonat Premier: Floriana jsalvaw ir-riżultat wara li kienu fi żvantaġġ ta’ żewġ goals

Aqra wkoll

Floriana rkurpaw żvantaġġ ta’ żewġ goals biex ħadu punt fi draw ta’ 2-2 kontra Sirens wara li dawn tal-aħħar kellhom player imkeċċi.

Sirens ħarġu tajjeb u meri­tatament marru żewġ goals minn fuq iżda t-tkeċċija, xi ftit ħarxa, ta’ Alex Cini wasslet biex Floriana skorjaw tnejn u salvaw punt mil-logħba.

Sirens ma setgħux kellhom bidu aħjar hekk kif fir-raba’ minuta fetħu l-iskor meta minn free-kick dirett ALEX CINI ma tax ċans lill-goalkeeper Kitanov isalva.

Dan il-goal ħasad lill-Furjaniżi u fis-seba’ minuta, Fernandes Ventura kien għoddu għamilhom tnejn iżda l-freekick tiegħu għadda ftit għoli.

Floriana rrispondew bi cross ta’ Busuttil mil-lemin li Andrea Cassar salva tajjeb biex fit-28 minuta, Busuttil għadda lejn Trillo fuq ix-xellug li kellu l-konklużjoni salvata mill-goalkeeper ta’ Sirens hekk kif Veselji naqas milli japprofitta.

Fid-29 minuta, Sirens irduppjaw meta  minn cross ta’ Degran Jackson mil-lemin, IVAN KOLEV għeleb lil Kitanov mill-viċin.

Fit-43 minuta, il-Pawlini resqu viċin meta minn cross ta’ Jackson, Kolev bir-ras falla bi ftit fit-43 minuta u żewġ minuti wara, cross ta’ Walker ġie salvat taj­jeb mill-goalkeeper ta’ Floriana.

Għat-tieni taqsima, il-coach ta’ Floriana għamel tliet bidliet meta daħħal lil Hershkovich, Zammit Lonardelli u Ciolacu u ftit wara daħħal ukoll lil Scicluna f’tentattiv li jdawwar il-logħba.

Aktar minn hekk, fid-69 minuta, Sirens spiċċaw b’għaxar players meta Alex Cini ġie muri karta safra fuq telf ta’ ħin u billi kien diġa’ ġie mwissi aktar kmieni fil-partita, kellu jħalli l-ground.

Fit-73 minuta Floriana naqqsu l-marġni meta minn cross ta’ Magri Overend is-sostitut ANDREI CIOLA­CU tefa’ ġewwa mill-viċin.Żewġ minuti wara, huma kisbu d-draw meta ANDREI CIO­LACU rċieva ballun f’ tarf il-kaxxa u b’xutt għar-rokna għeleb lil Cassar.

SIRENS.: 1-Andrea Cassar, 4-Weder Soares da Silva, 6-Marcelo Pereira Muniz, 7-Kei Sano, 8-Rei Tachikawa, 10-Sean Cipriott (15-Adrian Borg 80’), 17-Jacob Walker, 22-Alex Cini, 27-Ivan Vaselinov Kolev (9-Wellington De Oliveira 72’), 30-Gabriel Fernandes Ventura, 31-Degran Jackson  – Coach: Winston Muscat

FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 2-Adam Magri Overend, 3-Christian Rutjens, 4-Oualid El Hasni, 7-Mattia Veselji (21-Carlo Zammit Lonardelli 46’), 8-Kemar Reid (11-James Scicluna 65’), 10-Ulises Jose Arias (72-Eden Hershkovich 46’), 20-Matias Nicolas Garcia, 25-Lorenzo Trillo, 28-Emiliano Callegari Torre (9-Andrei Ciolacu 46’), 30-Jan Busuttil.  – Coach: Gianluca Atzori

REFEREE: Daniel Portelli

ASS. REFEREES: Alan Camil­leri, James Muscat

RABA’ UFF: Etienne Mangion

SKORERS: A. Cini 4,  I. Kolev 29 (S); A. Ciolacu 73, 75 (F)

AMMONITI: A. Magri Ove­rend, O. El Hasni, L. Trillo (F); A. Cini, W. Soares, R. Tachikawa (S)

TKEĊĊA: A. Cini 69 (S)

Sport