Sirens ……….0
Floriana ….…3
Floriana komplew jikkonvinċu meta b’wirja ta’ karattru għelbu l-isfida ta’ Sirens bl-iskor ta’ 3-0.
Permezz ta’ din ir-rebħa, huma telgħu fil-quċċata tal-klassifika bi 48 punt, żewġ punti fuq Hamrun Spartns, li jkunu impenjati proprju llum kontra Mosta.
Kienu Floriana li ħolqu l-ewwel periklu meta wara biss 35 sekonda, Dunstan Vella, kellu xutt mill-viċin salvat bi bravura mill-goalkeeper, Andrea Cassar.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u fil-25 minuta fetħu l-iskor permezz ta’ free-kick mill-isbaħ ta’ KEMAR REID li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Cassar isalva biex dan kien it-12-il goal staġjonali tiegħu.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Greens komplew fejn ħallew qabel il-mistireħ u fis-56 minuta, irduppjaw meta Reid għadda tajjeb lejn MATHEUS DE SOUSA li minn pożizzjoni ideali spara ġewwa.
Mas-siegħa logħob, Willis Furtado, kien għoddu għamilhom tlieta għall-Greens, iżda x-xutt mill-isbaħ mill-viċin stampa mal- wieqfa, b’Sirens jeħilsuha ħafif.
Fl-84 minuta, Furtado, kellu x-xutt tiegħu mid-distanza jistampa mal-wieqfa wkoll.
Iżda, fis-87 minuta, il-Greens ma kellhomx jiġu mċaħħda mit-tielet goal meta s-sostitut MATTIA VESELJI mill-viċin ma ħafirx.
Il-parita kompliet ikkaraterizzta b’ħafna logħob f’nofs il-gound, bi Floriana jkomplu jamministraw il-vantaġġ komdu sa tmiem il-partita.
SIRENS: 1-Andrea Cassar, 5-Prosper Boakye, 6-Hasan Gomda, 9-Andreas Panayiotou (15-Abankwa Cessay 81), 22-Alex Cini, 23-Bismark Asare (17Charles Agyemang 65), 25-Daniel Murillo, 29-Kwasi Donsu (3-Matthews Cameron 90), 31-Degran Jackson (92- 90), 44-Konstantinos Ntampizas, 96-Daniel Agius (99-Ognjen Ilic 90) – Coach: Steve D’Amato
FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 4-Oualid El Hasni, 9-Kemar Reid, 11-Matheus De Sousa (24-Lorenzo De Grazia 76), 12-Dunstan Vella (10-Jose Ulis Arias 76), 17-Owen Spiteri, 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli (77-Aleandro Garzia 63), 42-Maksim Valadzko, 93-Christos Rovas, (22-Kyrian Nwoko 63), 94-Willis Furtado (7-Mattia Veslji 85) – Coach: Mauro Camoranesi
REFEREE: Emanuel Grech
ASS. REFEREES: Vasil Vasilev, Kurt Saliba
RABA’ UFF: Fyodor Zammit
SKORERS: K. Reid 25, M. De Sousa 56, M. Veselji 87 (F)
AMMONITI: D. Vella (F), C. Agyemang (S)