Monday, April 29, 2024

“Fl-aħħar kapitlu ta’ dan il-ktieb …. fadal biss ritratti u tifkiriet”

-Anthea u Celine b'kanzunetta ġdida

Aqra wkoll

“Int u jien sat-tmiem…. u jekk nifs ieħor ma nieħux żommli idejja la tibżax ixxuttali dan id-dmugħ… int u jien nerġgħu flimkien”.

Dawn huma wħud mill-lirika tal-kanzunetta li ħarġu d-duo Moths of Renaissance, Celine Agius u Anthea Bugeja. 

Skont Celine, il-messaġġ hu wieħed; dik li koppja jħobbu lil xulxin. Mhux neċessarjament hemm imħabba bejn raġel u mara jew bejn raġel u raġel jew mara u mara iżda anke dik l-imħabba li nafu nagħtu lill-ġenituri tagħna.

“Nemmen li fil-lirika tad-diska, kulħadd jista’ jirrelata sew magħha speċjalment jekk int għandek relazzjoni ta’ mħabba ma’ xi ħadd. Hi dwar żewġ maħbubin li għamlu ħajjithom juru l-imħabba lejn xulxin.”

Iżda għaliex proprju l-grupp semmewh duo Moths of Renaissance? Meta mistoqsija hekk, Celine qalet; “L-ewwelnett din l-idea li noħolqu duo twieldet sentejn ilu. Kif kulħadd jaf, jien u Anthea jinsabu f’relazzjoni u kien għalhekk li tkellimna flimkien u ddeċidejna li nagħmlu xi ħaġa”.

Spjegat kif fil-passat kienu qed jagħmlu mużika akustika, cover versions u gigs oħra iżda dan l-aħħar riedu jaħdmu fuq materjal personali.

Qalet ukoll; “Il-fatt li semmejna dan id-duo bħala Moths of Renaissance, l-ewwelnett moth hu insett li jaffaxxinani ħafna bil-mod ta’ kif jimxi u kif jgħaddi minn fuq xi affarijiet. Hu insett li jħobb id-dlam, xi ħaġa li anke jien nieħu gost biha.”

Finalment Celine Agius ħeġġet lin-nies sabiex jidħlu fil-paġna Moths of Renaissance – Celine and Anthea sabiex jisimgħu din il-kanzunettta u fl-istess ħin jiksbu aktar informazzjoni dwar dan il-grupp.

Isma din id-diska minn din il-link: https://www.facebook.com/100002832501135/videos/2030575484065207/

Sport