Monday, May 13, 2024

Jitpoġġa taħt probation wara li ammetta li kellu x’jaqsam sesswalment ma’ minorenni f’latrina pubblika

Aqra wkoll

Isaac Pace ta’ 21 sena tpoġġa taħt ordni ta’ probation wara li ammetta li kellu x’jaqsam sesswalment ma’ tfajla minorenni ta’ 14 -il sena, meta kellu 20 -il sena.

Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-każ beda meta t-tfjala daħlet l-Isptar u rriżulta li minn testijiet illi sarulha, irriżulta li kellha infezzjoni trażmessa sesswalment. 

Spjegat li l-Pulizija tkellmet mat-tifla, filwaqt li preżenti kien hemm ommha, is-social worker u avukat tal-Aġenzija Appoġġ. Mal-Pulizija, it-tifla spjegat li ltaqgħet ma’ żagħżugħ, fejn allegatament kellhom x’qasmu flimkien ftit tal-ħin wara li ltaqgħu f’latrina pubblika f’Ħal Tarxien. 

Il-Pulizija kellmet ukoll lill-akkużat, li min-naħa tiegħu sostna li ma kienx jaf li kien għad kellha 14-il sena. Filwaqt li wieġeb li huwa ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, irrimarka li ddispjaċih għal dak illi għamel. 

Wara li fil-Qorti ammetta għall-akkużi miġjubin kontrih il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit poġġietu taħt ordni ta’ probation għal 3 snin u ordnatlu wkoll jagħmel 80 siegħa xogħol fil-komunità.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Avukat Cynthia Tomasuolo mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispettur Joseph Busuttil.

Sport