Monday, May 13, 2024

Kampjonat Premier: Jieħdu punt kull wieħed f’partita medjokri

Aqra wkoll

Marsaxlokk ………0

Birkirkara ………..0

F’partita mill-aktar medjokri u li naqset milli tilħaq l-aspettattiva, Marsaxlokk u Birkirkara temmew il-konfront ta’ bej­niethom fi draw ta’ mingħajr goals.

Dan kien konfront dirett għar-raba’ post hekk kif dan ir-riżultat żgur li ma kkuntenta lil ħadd minħabba li ż-żewġ timijiet kienu qed jimmiraw li jaqbżu waħedhom f’din il-pożizzjoni … iżda baqgħu bl-istess ammont ta’ punti.

Dan ir-raba’ post jista’ jfisser il-biljett għall-kompetizzjoni tal-UEFA Confe­rence League.

Dan minħabba li jekk it-tliet timijiet ta’ qabilhom, Hamrun Spartans, Floriana u Sliema Wanderers, jirbħu l-FA Trophy, Marsa­xlokk jew Birkirkara jirbħu d-dritt għall-parteċipazzjoni fl-Ewropa.

Iżda b’dan id-draw, ippermettew lil Hibernians jidħlu fil-kwadru. 

Kienu Marsaxlokk li ħolqu l-ewwel periku fl-10 minuta meta Nikolai Muscat kellu xutt angulat mill-viċin jiġi salvat f’corner mill-goalkeeper, Marcel Zapytowski.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u ħames minuti wara, cross-shot insidjuż ta’ Ryan Scicluna ġie interċettat minn Zapytowski.

Birkirkara wieġbu fit 42 minuta meta Alex Satariano kellu tentattiv minn ġol-kaxxa jiġi salvat mill-goalkeeper, Marko Drobnjak.

Kien biss fit-73 minuta li waslet l-azzjoni sussegwenti, b’Marsaxlokk ikunu huma li joħolqu l-periklu meta Jose Fernando Ju­nior Gomes kellu x-xutt mid-distanza jistampa mal-mimduda bil-ballun jinżel fuq il-linja fatali, b’Birkirkara jeħilsuha ħafif.

L-iskor baqa’ ma nbidilx sat-tmiem biex iż-żewġ ti­mijiet ħarġu ferm diżapputnati mill-ground. 

MARSAXLOKK: 95-Marko Drobnjak, 3-Weder Da Silva Soares, 4-Karl Micallef, 6-Nikolai Micallef, 7-Nevin Portelli (23-Samuel Boakye 83), 8-Jake Ghio (88-Sunday Akinbule 71), 10-Yuri De Jesus Messias, 27-Leandro Aguirre, 28-Nikola Raden, 30-Ryan Scicluna, 94-Jose Fernando Gomes Junior   – Coach: Winston Muscat

BIRKIRKARA: 1-Marcel Zapytowski, 5-Enrico Pepe, 8-Paul Mbong (36-Edward Sarpong 90), 10-Andrea Zammit (23-James Nicholas Agius 71), 11-Kurt Zammit, 20-Alex Satariano, 24-Enmy Manuel Pena Beltre, 25-Neil Micallef (91-Maxuell Maia 59), 42-Simon Zibo, 77-Ali Diakite, 99-Andrei Ciolacu   – Coach: Jose Borg

REFEREE: Slobodan Petrovic

ASS. REFEREES: Duncan Spencer, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Ishmael Barbara

SKORERS: Ħadd

AMMONITI: N. Micallef, E. M. Pena Beltre (B), J. Ghio, N. Raden (M)

Sport