Wednesday, July 24, 2024

Kampjonat Premier: Mosta jdawru telfa f’rebħa

Aqra wkoll

Marsaxlokk ……1

Mosta …………….2

Mosta kisbu tliet punti prezzjużi meta dawru telfa f’rebħa ta’ 2-1 fuq Marsaxlokk.

Permezz ta’ din ir-rebħa, Mosta, telgħu fid-disa’ post, punt vantaġġ fuq Balzan u Santa Lucia. Min-naħa l-oħra Marsaxalokk qed jaqsmu r-raba’ post ma’ Birkirkara.

Marsaxlokk fetħu l-iskor fid-29 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ NEVIN PORTELLI.

Madankollu, 10 minuti wara, Precious Linus Tenebe xeħet cross mix-xellug lejn Henry Nwoga Chidera li min-naħa tiegħu serva lil JAMIE SCERRI permezz ta’ rovexxjata b’dan tal-aħħar jegħleb lill-goalkeeper, Marko Drobnjak.

Fl-54 minuta, Mosta qalbu l-iskor favur  tagħhom meta minn azzjoni ta’  corner minn fuq il-lemin, BEN AZIZ DAO, xeħet fix-xibka permezz ta’ daqqa ta’ ras.

Fid-79 minuta, Mosta tilfu ċans tad-deheb li jiskorjaw it-tielet goal meta Nwoga żmarkat quddiem il-lasta tefa’ inkredibilment għoli.

Marsaxlokk tefgħu kollox fuq l-attakk fit-tentattiv li jġibu l-iskor indaqs, u fit-82 minuta Jose Fernando Gomes minn tarf il-kaxxa xeħet għoli.

Fil-ħin miżjud xutt mill-viċin tax-Xlukkajr, Yuri De Jesus Messias,  kien imblukkat minn Chara.

Mosta komplew jammi­nistraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.

Marsaxlokk: 95-Marko Drobnjak, 3-Weder Saraes Da Silva, 7-Nevin Portelli, 8-Jake Ghio, 10-Yuri De Jesus Messias, 11-Duane Bonnici (27-Leandro Aguirre 84), 17-Jacob Walker (23-Samuel Boakye 78), 28-Nikola Raden, 30-Ryan Scicluna, 94-Jose Fernando Gomes, 99-Anthony Obonugwu (88-Sunday Akinbule 64) – Coach: Winston Muscat

Mosta: 22-David Udoh Akpan, 4-Gustavo Adolfo Chara, 9-Henry Chidera Nwoga (30-Jean Paul Farrugia 87), 10-Precious Linus Tenebe (3-Thomas Tegwi 64), 16-Gianluca Sciberras, 18-Armen Hovhannisyan, 19-Ben Aziz Dao, 20-Willie Britto, 27-Jamie Scerri (7-Maximilian Ugochukwu 87), 74-Jake Vassallo, 92-Kevin Tulimieri (5-Sacha Cachia 78) – Coach: Joseph Grech

Referee: Darryl Agius

Ass. Referees: Luke Portelli, Max-Lee Muscat

Raba’ Uffiċjal: Andrea Sciriha

Skorers: N. Portelli 29 (Mx), J. Scerri 39, B. Aziz Dao (Ms)

Ammonit: J. Walker (Mx)

Player tal-Logħba: Ben Aziz Dao (Ms)

Ekonomija

Sport