Thursday, December 26, 2024

Kampjonat Premier: Sliema Wanderers isaħħu t-tielet pożizzjoni

Aqra wkoll

Gzira United …………..0

Sliema Wanderers …..2

Sliema Wanderers għelbu lill-ġirien Gzira United bl-iskor ta’ 2-0 biż-żewġ goals jaslu fit-tieni taqsima.

B’din ir-rebħa huma saħ­ħew it-tielet post filwaqt li l-Gżirjani baqgħu fil-periklu.

Kienet partita li setgħet marret kull naħa bil-Maroons ikunu l-aħjar team fl-ew­wel taqsima, iżda wara l-mistrieħ Sliema wettqu reazzjoni mill-aqwa u ta’ dan ġew ippremjati biex kisbu tliet punti prezzjużi.

Kienu Gzira li ħolqu l-ewwel periklu li wasal, fl-24 minuta, meta xutt minn ġol-kaxxa ta’ Kyle sone intemm barra.

Huma komplew fuq l-offensiva u fil-31 minuta, minn azzjoni ta’ free-kick, Thaylor Aldama, kellu d-daqqa ta’ ras ċentrali tiġi salvata mill-goalkeeper tal-Wande­rers, Rashed Al Tumi.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, kienu l-Wanderers li ħarġu fuq l-offenisva u 48 minuta, xutt minn barra l-kaxxa ta’ Joachim Adukor ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper Kroat tal-Maroons, Darijan Zarkov.

Huma komplew iddettaw il-logħob u fis-57 minuta rebħu penalty meta Marcelo Dias waqqa’ lil Joachim Adukor fil-kaxxa.

Mill-11-il metru inkariga ruħu HENRIQUE MURILO li ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt b’saħħtu fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

U biex l-affarijiet ikomplu ġejjin ħażin għall-Maroons, fil-65 minuta, huma spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa Jackson Mendoza, wara li rċieva żewġ karti sofor.

Seba’ minuti fuq il-ħin normali, il-Wanderers issiġillaw ir-rebħa permezz ta’ xutt angolat minn ġol-kaxxa tas-sostitut NEIL FRENDO, li kien ilu fil-ground biss tliet minuti, li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper tal-Maroons isalva.

GZIRA U.: 30-Darijan Zarkov, 2-Carlo Filho Cincauacao, 4-Andrew Borg, 7-Thaylor Aladama, 9-Marcelo Dias, 16-Luis Carlos Riascos (6-Tomislav Knezevic 46), 19-Kyle Spence (74-Dacosta Boadu 77), 20-Farid Romero Zuniga, 47-Brooklyn Borg, 93-Thiago Espindola, 98-Jackson Mendoza   – Coach: Andrew Cohen

SLIEMA W.: 22-Rashed Al Tumi, 2-Jean Borg, 9-Vito Plut (7-Jake Engerer 87), 10-Samuel Gomes Da Mata (18-Edmond Agius 78), 13-Myles Beerman, 13-James Arthur (21-Neil Frendo 92), 15-Gustavo Alcino, 20-Denis Koauao (19-Daniil Kondrakov 87), 25-Joachim Adukor, 31-Henrique Murilo, 33-Geoffrey Edwin Achempong (77-Mohamed Awad 87)   – Coach: Paul Zammit

REFEREE: Fyodor Zammit

ASS. REFEREES: Mitchell Scerri, Robert Curtis

RABA’ UFF: Alex Johnson

SKORERS: H. Murilo pen. 57, N. Frendo 95 (SW)

AMMONITI: Aldama, J. Mendoza (GU), M. Beerman, G. Alcino, D. Kouao, R. Al Tumi, L. Micallef (SW)

TKEĊĊA: J. Mendoza 65 (GU)

Ekonomija

Sport