Monday, December 9, 2024

Tliet punti għal Floriana mingħajr wisq tbatija

Aqra wkoll

Floriana ……..5

Gudja Utd …..1

Wara ħasda inizjali, Floriana dawru telfa f’rebħa kbira ta’ 5-1 fuq Gudja United, biex b’hekk telgħu punt taħt il-leaders Hamrun Spartans biex daħlu wkoll fl-isfida għar-rebħ tat-titlu … wara li l-istess Spartans fal­lew żewġ punti importanti meta ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Valletta.

Min-naħa ta’ Gudja, dawn komplew jersqu lejn ir-relegazzjoni u miraklu biss jista’ jsalvahom milli jkomplu jilagħbu fl-ogħla diviżjoni fl-istaġun li ġej. 

Kienu l-Gudjani li fetħu l-iskor fis-26 minuta meta AIDAN JAKE FRIGGIERI ra lill-goalkeeper, Georgi Kitanov, barra minn postu u permezz ta’ lob minn distanza ta’ madwar 30 metru skor­ja wieħed mill-isbaħ goals s’issa tal-istaġun.

Madankollu, fit-33 minuta rebħu penalty meta Luca Gatt waqqa’ lil Kemar Reid fil-kaxxa. Mill-11-il metru, inkariga ruħu, Willis Furtado, li ma żbaljax. 

Huma komplew jiddettaw il-logħob u tliet minuti biss wara, dawru l-iskor favur tagħhom, meta l-istess WILLIS FURTADO minn pożizzjoni angolata minn ġol-kaxxa tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka, fost id-dellirju ta’ ferħ tal-partitarji numerużi Furjaniżi. 

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Greens komplew fejn ħallew qabel il-mistrieħ u ta’ dan ġew ppremjati permezz tat-tielet goal li wasal, fl-47 minuta, meta wara li rċeva minn cross mil-lemin, KEMAR REID xeħet fix-xibka b’xutt mill-viċin.

U kien jidher li huma ma kinux kuntenti biżżejjed b’dan l-iskor hekk kif fil-55 minuta skorjaw ir-raba’ goal permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin tal-captain OUALID EL HASNI.

Bil-logħba mirbuħa u mitlufa, Floriana komplew jixxalaw u ma kienet l-ebda sorpriża li l-Greens skorjaw il-ħames goal li wasal fis-70 minuta, meta minn pożiz­zjoni ferm ideali, CHRISTOS ROVAS xeħet ġewwa.

Huma komplew jammi­nistraw dan il-vantaġġ komdu li kellhom sa tmiem il-partita.

Floriana: 33-Georgi Kita­nov, 4-Oualid El Hasni, 9-Kemar Reid, 11-Matheus De Sousa (77-Aleandro Garzia 65), 12-Dunstan Vella, 17-Owen Spiteri (8-Jake Grech 74), 20-Matias Nicolas Garcia (79-Cedric Yameogo 74), 21-Carlo Zammit Lonardelli, 42-Maksim Valadzko (93-Christos Rovas 65), 55-Alexandros Kouro (10-Jose Ulises Arias 28) 94-Willis Furtado   – Coach: Mauro Camoranesi

Gudja U.: 26-James Pisani, 5-Armando Brenner, 7-Shaisen Attard (9-Ibrahim Salis 61), 11-Matias Muchardi, 12-Luca Gatt (19-Mathias Conti 61), 28-Rodrigue Nanitelamio, 39-Zak Grech, 77-Aidan Jake Friggieri (8-Ernesto Gentile 78), 88-Mirko Esposito, 92-Godwin Joseph Ime, 99-Gianluca Zammit (24-Walter Omar Serrano 61)  – Coach: Renzo Kerr-Cumbo

REFEREE: Ezekiel Barbara

ASS. REFEREES: Duncan Spencer, Jareth Grima

RABA’ UFF: Trustin Farrugia Cann

SKORERS: W. Furtado 33, 36, K. Reid 48, O. El Hasni 55, C. Rovas 70 (F), A. J. Friggieri 27 (GU)

AMMONITI: Ħadd

Ekonomija

Sport