Wednesday, July 24, 2024

Premier Ingliż: Man City jirbħu d-derby ta’ Manchester

Aqra wkoll

B’wirja brillanti, Man­chester City rebħu d- derby ta Manchester meta għelbu lill-United bl-iskor ta’ 3-1.  

B’din r-rebħa, is-Citizens komplew jixħtu l-pressjoni fuq il-leaders Liverpool filwaqt li Manchester United huma prattikament elimi­nati mill-kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions Lea­gue.  

Ir-Red Devils ma setgħux kellhom bidu aħjar minħabba li wara biss tmien minuti huma fetħu l-iskor meta Bruno Fernandes ikkontrolla l-ballun mill-kick tal- goalkeeper Andre Onana biex għadda lejn Marcus Rashford li kien ġej fuq il- ġirja u venven kanunata minn 20 metru bogħod u ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper, Ederson, isalva.

Peró wara dan il-goal, is-City kibru fl-istatura u b’mod gradwali bdew jiddominaw, tant, li fit-tieni taqsima skorjaw tliet goals … minn doppjetta ta’ Phil Foden (56, 80), bl-ewwel wie­ħed minn 30 metru bogħod … u Erling Haaland (90) wara żball ta’ Sofyan Amrabat.    

Burnley v Bournemouth – Barra minn darhom, Bour­nemouth għelbu lil Burnley bl-iskor ta’ 2-0. 

Kien riżultat kiefer ma’ Burnley minħabba li ħolqu l-aktar ċansijiet iżda fil-football min jiskorja l-aktar jirbaħ it-tliet punti. 

B’din it-telfa issa Burnley baqgħu jaqsmu l-aħħar post flimkien ma’ Sheffield Uni­ted li llum jilqgħu lil Arsenal, fi Bramall Lane.  

Il-goals waslu wieħed f’kull taqsima minn Justin Kluivert (13) u Antoine Semenyo (88). 

Ekonomija

Sport