Wednesday, July 24, 2024

It-tieni rebħa nfila għal Defi Orageux fil-finali Gold

Kenneth Vella

Aqra wkoll

Misjuq minn Rodney Gatt, il-kwotat Defi Orageux rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret il-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet il-finali tal-kampjonat Assikura għal żwiemel tal-klassi Gold fuq distanza qasira ta’ 2140m u għamlet parti mit-tmien laqgħa tal-istaġun fuq disa’ tiġrijiet kollha tat-trott. 

Tnax -il żiemel ħadu sehem fil-finali Gold. Dreams Happen (Jesmar Gafa’) kienet l-aktar b’saħħitha wara l-karozza tat-tluq u minnufih feħet vantaġġ żgħir minn Flash De Celland (David Ellul) u Liam Dana (Jean Claude Pace). Madankollu 300m mil-linja finali Dreams Happen bdiet tnaqqas mill-pass u eventwalment inqabżet minn Defi Orageux (Rodney Gatt) li akkwista t-tieni rebħa nfila quddiem Cruise (Paul Galea) u Classic d’Urzy (Noel Baldacchino). Elorn (Charles Camilleri) temm b’saħħtu wkoll fir-raba’ pożizzjoni. 

Intant ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.15” fil-kilometru. Fi tmiem il-finali, Lucienne Cini, f’isem l-isponsors ippreżentat t-trofew lil Twanny u Rita Gerada, is-sidien u lil Rodney Gatt, is-sewwieq taż-żiemel rebbieħ.  

Il-laqgħa nkludiet ukoll tiġrija normali tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m.  Hawnhekk in-Norveġiż Thai Eros (Nathaniel Barbara) irnexxilu jakkwista t-tieni rebħa tas-sena wara li ħaffef fil-pass matul l-aħħar 400 metru. Dan bi tliet tulijiet minn Di Maggio (Andrew Farrugia) u Eros Du Fosse (Carmelo Farrugia). Campione Mio (Marius Mizzi) li kellu l-kmand għal ħafna metri, kellu jikkuntenta bir-raba’ pożizzjoni. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Artiste d’Alice (Ch. Grech) Ħin – 2.45.2” (1.17.2”) 2. Jakino (S. Galea) 3. High Handed (G. Micallef) 4. Zenit Karsk (B. Camilleri)  

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Mooney (M. Mifsud) Ħin – 2.42.3” (1.15.8”) 2. Cash De Beauregard (D. Baldacchino) 3. Ernest Des Angles (Ch. Gauci) 4. Quickspin (D. Debono) 

III Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Extra Mossa (N. Baldacchino) Ħin – 2.36.7” (1.13.2”) 2. Durfan (Ch. Camilleri) 3. Dream Turgot (C. Caruana) 4. Emile Du Var (C. Vassallo)  

L-ewwel rebha f’Malta ghall-Mellby Drake

IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Mellby Drake (J. Spiteri) Ħin – 2.42.2” (1.15.8”) 2. Full Iron (R. Gatt) 3. Eclair Des Vaux (D. Debono) 4. Prinsen One (M. Farrugia) 

V Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Thai Eros (N. Barbara) Ħin – 2.42.1” (1.15.7”) 2. Di Maggio (A. Farrugia) 3. Eros Du Fosse (C. Farrugia) 4. Campione Mio (M. Mizzi) 

VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Diego Du Coudou (J. Gafa’) Ħin – 2.40.5” (1.15”) 2. En Toi J’Espere (Cherise Farrugia) 3. Hopyousteponalego (N. Baldacchino) 4. Arno Dell’Est (P. Galea)  

VII Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Hanouchka (Cherise Farrugia) Ħin – 2.41” (1.15.2”) 2. Genie Lulu (S. Cutajar) 3. Jaguar Spirit (Ch. Gauċi) 4. Galaxie d’Azur (P. Galea) 

VIII Tiġrija. Finali Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Defi Organeux (R. Gatt) Ħin – 2.40.4” (1.15”) 2. Cruise (P. Galea) 3. Classic d’Urzy (N. Baldacchino) 4. Elorn (Ch. Camilleri) 

IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Iron De Ginai (Ch. Degiorgio) Ħin – 2.41.5” (1.15.5”) 2. First Dream (Ch. Camilleri) 3. Floalts Cesna (P. Galea) 4. Djado (J. Xerri) 

Ekonomija

Sport