Friday, September 30, 2022

Kampjonat tad-Dinja għal sewwieqa dilettanti

Aqra wkoll

Matul din il-ġimgħa fl-Italja ser ikun qed isir il-kampjonat dinji għal sewwieqa amateurs fejn Malta ser tkun qed tipparteċipa għall-ewwel darba permezz tas-sewwieq Cliferty Calleja. Calleja ħalla Malta dalgħodu flimkien mal-viċi Chairman tal-Malta Racing Club u EquestriMalta Edwin Borg u se jkun fl-azzjoni f’sitt tiġrijiet fi tliet koros differenti. Flimkien ma’ sewwieqa mill-Arġentina, Awstrija, Kanada, Finlandja, Ġermanja, Italja, New Zealand, Norveġja, Olanda, l-Istati Uniti u ċ-champion renjanti tad-dinja u l-Ewropa Piet van Pollaert mill-Beġju, Cliferty Calleja se jkun fl-azzjoni l-Erbgħa 21, il-Ġimgħa 23 u s-Sibt 24 ta’ Settembru fil-koros ta’ Capannelle Ruma, Vinovo Turin u Visarno Firenze.

Dan il-kampjonat ilu jsir mill-1972 u l-aħħar edizzjoni saret fi Florida l-Istati Uniti fis-sena 2020.

Calleja ilu liċenzjat mal-Malta Racing Club minn Novembru 2001 meta wkoll irreġistra l-ewwel rebħa tiegħu. Minn dakinhar saq ’il fuq min 1800 tiġrija fejn irreġistra 185 rebħa ħdax minnhom din is-sena bl-aħjar staġun għalih ikun dak tas-sena l’oħra meta kien irreġistra 23 rebħa.

Din se tkun it-tieni darba li Calleja se jkun qed jirrappreżenta lil pajjiżna f’kompetizzjoni internazzjonali hekk kif f’Jannar 2014 kien ħa sehem fit-Tazza Ewropeja tal-Amateurs li ssir fil-korsa ta’ Vincennes Pariġi.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Delicious

Sport