Thursday, April 18, 2024

Thomas Tuchel se jinħatar coach ta’ Juventus jew Bayern M.?

Aqra wkoll

Wara t-tkeċċija tiegħu mill-club ta’ Chelsea li ġiet bħala sorpriża kbira, il-coach Ġermaniż Thomas Tuchel, fi ftit ġimgħat oħra jista’ jkompli bil-ħidma tie­għu ma’ club ieħor.

Dan minħabba li żewġ kollegi tiegħu jinsabu taħt pressjoni kbira li jitilfu posthom li t-timijiet li qed imexxu jinsabu fi kriżi.

Dawn huma Massimiliano Allegri ta’ Juventus u Jules Nagelsmann ta’ Bayern Munich.

Dawn tal-aħħar naqsu li jirbħu l-aħħar erba’ logħbiet biex jinsabu fil-ħames post tal-klassifika … distakkati b’ħames punti mil-leaders Union Berlin.

Min-naħa tal-Bianconeri, nhar il-Ħadd li għadda huma sfaw “umiljati” minn Monza li kisbu l-ewwel rebħa fl-ogħla divizjoni. Juventus rebħu logħba waħda biss mill-aħħar tmienja fil-kompetizzjonijet kollha.

Ekonomija

Sport