Monday, December 23, 2024

Kampojat Ewropew tas-Snooker: Sitta minn tmienja jikkwalifikaw bi tlieta minnhom jirbħu l-grupp

Aqra wkoll

Waqt it-tielet jum ta’ kompettizjoni tal-Kampjonat Ewropew Indiviwali tal-Irġiel tas-Snooker li qed isir f’Sarajevo, l-Bosnja-Ħerżegovina saru l-aħħar logħbiet tal-gruppi u sitta mit-tmien players Maltin li qed jieħdu sehem ikkwalifikaw għal fażi tan-knock out filwaqt li Aaron Busuttil, Brian Cini u Alex Borg kisbu t-tielet rebħa sabiex rebħu l-grupp ukoll.

Aaron Busuttil reġa’ kellu rebħa konvinċenti ta’ 3-0 kontra l-Belġjan Amedeo Durnez biex ic-champion Malti fi tlett logħbiet ma tilef l-ebda frame. Minn 184 player ħadu sehem f’din il-fażi flimkien ma’ Busuttil hemm tmien players oħra biss li għadhom ma tilfu l-ebda frame, dawn huma: Ross Bulman (Irlanda), Iulian Boiko (Ukranja), Antoni Kowalski (Polonja), Riley Powell (Wales), Mateusz Baranowski (Polonja), Peter Lines (Ingilterra), Artemijs Žižins (Latvja) u Daniel Kandi (Danimarka).

Kemm Brian Cini u anke’ Alex Borg kisbu t-tielet rebħa wkoll. Cini rebaħ 3-0 kontra l-Isvediż, Shivan Mohammedali filwaqt li Borg għeleb lil Sigurdur Kristjansson tal-Iżlanda bil-punteġġ ta’ 3-2.

Tliet players Maltin kellhom konfronti diretti għal min jikkwalifika. Chris Peplow u Arthur Cachia kisbu r-rebħa li kellhom bżonn biex għamluha għal fażi tan-knock out iżda Philip Ciantar tilef 3-0 kontra l-Ingliż Paul Deaville u b’hekk ġie eliminat. Peplow u Cachia t-tnejn kellhom rebħiet tajba bil-punteġġ ta’ 3-0 u l-avversarji tagħhom kienu Nikita Soo tal-Estonja u r-Rumen Maxim Ene rispettivament.

Iż-żewġ players Maltin l-oħra, Isaac Borg u Joseph Casha tilfu. Borg kien diġa’ kkkwalifika l-bieraħ u llum tilef kontra l-Franċiz, Nicolas Mortreux 3-1 filwaqt li Casha ma kellu l-ebda risposta għal qawwa player tal-Polakk ta’ 20 sena, Antoni Kowalski fl-aħħar ġurnata kellu jilgħab darbtejn peress li t-Tnejn ma kienx lagħab minħabba li kien impenjat fil-kompettizjoni ta’ taħt -il 21 sena li fiha wasal sal-finali iżda ħareg tellief.

B’kollox it-tmien players Maltin f’din l-ewwel fażi lagħbu 24 logħba u ħarġu rebbieħa f’16 minnhom.

Wara li ntemmu l-276 logħba mill-fażi tal-gruppi, tard bil-lejl, it-92 player li kkwalifikaw ġew seeded u żewġ players Maltin li evitaw li jilgħabu fir-round preliminari qabel il-fażi tal-aħħar 64 kienu Aaron Busuttil (Seed 6) u Brian Cini (Seed 19). Fil-fixtures tal-fażi tan-knock out il-players Maltin ser jilgħabu hekk:

  Preliminari Round (mal-aħħar 96)

10:00Arthur Cachia vs Viktor Ivanov – Bulgarija
10:00Isaac Borg vs Matvei Lagodzinschii – Ukranja
10:00Chris Peplow vs Jonni Fulcher – Svizzera
12:00Alex Borg vs Michal Frank – Slovakkja

    Fażi tal-aħħar 64

17:00Brian Cini vs Ales Herout – Republika Ċeka/Nadav Biton – Iżrael
17:00Aaron Busuttil vs Thomas Janzso – Awstrija/Andrejs Pripjoks – Latvja
Ekonomija

Sport