Wednesday, July 24, 2024

Robinho se jkollu jiskonta disa’ snin ħabs fil-Brażil minħabba stupru

Aqra wkoll

L-eks player ta’ Milan u Manchester City Robinho se jidħol il-ħabs fil-Brażil wara li l-qorti suprema ddeċidiet li trid tiġi skontata s-sentenza ta’ disa’ snin għal stupru fl-Italja.

Robinho, li llum huwa rtirat mil-logħba, kien instab ħati fl-2017 li stupra mara żagħżugħa f’nightclub flimkien ma’ bosta minn sħabu f’Milan fl-2013.

Huwa kien ikkundannat disa’ snin ħabs, iżda peress li l-Brażil m’għandux ftehim ta’ estradizzjoni mal-Italja, irrifjuta li jirritorna l-Ewropa.

Minflok, il-qorti suprema Brażiljana kellha l-kompitu li tiddeċiedi jekk Robinho hux se jkun sfurzat jiskonta s-sentenza f’art twelidu minflok.

Il-verdett ħareġ l-Erbgħa u r-raġel ta’ 40 sena se jkollu jmur wara il-ħabs.

Kienet deċiżjoni tal-maġġoranza, għalkemm żewġ membri tal-qorti suprema kienu vvutaw kontriha.

Robinho qatta’ erba’ staġuni f’Milan mill-2010 sal-2014 u kien matul dan iż-żmien fil-club li seħħ l-istupru.

L-eks-istilla ta’ Real Madrid kien mar fuq il-media fejn saħaq li din is-sentenza kienet iġusta minħabba r-razziżmu li jeżisti fl-Italja.

Ekonomija

Sport