Hekk kif fl-aħħar sigħat inxterdet l-aħbar tal-mewt tal-kantant u l-mużiċist Godwin Lucas bosta kienu dawk li fakkru l-memorja tiegħu.
Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu, spikkat ir-rispett li Lucas kiseb matul il-karriera tiegħu.
“Aħbar ta’ swied il-qalb, aktar kmieni llum tlifna mużiċist bravu ieħor. Minkejja dan żgur li l-mużika tiegħu se tibqa’ tidwi għal dejjem”. Kien jgħid kumment partikolari.