Friday, November 22, 2024

Kap Eżekuttiv ġdid għal ARMS Ltd

Aqra wkoll

George Azzopardi nħatar bħala l-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-ARMS Ltd b’effett mit-Tnejn 9 ta’ Settembru.  

Fi stqarrija maħruġa mill-kumpanija stess intqal li matul il-karriera tiegħu, Azzopardi okkupa bosta rwoli maniġerjali u ħa ħsieb proġetti ta’ importanza nazzjonali.  

Intqal li din il-ħatra se timmarka kapitlu ġdid għall-kumpanija bil-għan li tkompli timmodernizza u tkabbar l-operat tagħha.  

Il-kumpanija ARMS temmet tirringrazzja lill-Perit Joseph Attard għad-dedikazzjoni u l-kontribuzzjoni tiegħu waqt li okkupa r-rwol ta’ Kap Eżekuttiv. 

Sport