Saturday, November 23, 2024

Kap Eżekuttiv u Chairperson ġdid għall-Enemalta

Aqra wkoll

L-Enemalta b’ħatriet ġodda fl-istrutturi tat-tmexxija tagħha

Is-sur Jonathan Cardona ġie maħtur Kap Eżekuttiv ta’ Enemalta plc b’effett mill-11 t’ Ottubru. Huwa ser iservi f’din il-kariga wara l-Inġinier Jason Vella li qiegħed jassisti f’din it-transizjoni.

“Nixtieq nuri apprezzament tal-fiduċja li ngħatajt f’din il-kariga. Inħares il-quddiem biex flimkien mal-bord tal-kumpanija, management, il-ħaddiema kollha u l-azzjonisti nkomplu nibnu fuq il-ħafna xogħol siewi li sar matul is-snin, u nsaħħu din l-ażjenda tant kruċjali għall-ekonomija Maltija.” qal Jonathan Cardona.

L-inġinier Jonathan Scerri ġie maħtur chairperson tal-Bord tad-Diretturi.

“Ninsab onorat u fl-istess ħin ħerqan li se nkun qed immexxi l-bord tal-
Enemalta. Hija kumpanija li nħossni li trabbejt fiha. Hemm ħafna xogħol xi jsir u miri x’jintlaħqu flimkien mal-ħaddiema. Ċert li magħna se jkomplu jimpenjaw ruħhom biex jaraw lil din il-kumpanija timxi ’il quddiem.” stqarr Inġ Jonathan Scerri

Waqt li irringrazzjat lill-Inġinier Jason Vella u lis-Sur Kevin Chircop għax-xogħol li wettqu fl-aħħar snin, l-Enemalta awgurat suċċess lis-Sur Cardona u l-Inġinier Scerri fil-karigi ġodda tagħhom.

Sport