Tuesday, December 24, 2024

Kap ta’ kumpanija ġganteska taż-żejt Russa jmut wara li waqa’ minn tieqa ta’ sptar

Aqra wkoll

Ravil Maganov, iċ-chairman tal-kumpanija ġganteska taż-żejt Russa Lukoil, miet wara li waqa’ minn tieqa ta’ sptar ġewwa l-kapitali Russa Moska. 

Magnov, li kellu 67 sena, kien qiegħed jingħata l-kura fi sptar ġewwa l-kapitali Russa u jidher li miet kawża tal-ġrieħi li sofra. Dan huwa l-iktar riċenti fost numru ta’ każijiet li seħħew dan l-aħħar fejn negozjanti Russi ta’ ċertu stoffa mietu f’ċirkustanzi tista’ tgħid misterjużi. 

Ftit wara li kienet bdiet l-in­vaż­joni Russa ġewwa l-Ukrajna, il-kumpanija Lukoil kienet sejħet biex din il-gwerra tieqaf. F’Marzu, il-bord tal-kumpanija kien ħeġ­ġeġ biex il-kunflitt fl-Ukrajna jieqaf kemm jista’ jkun malajr u esprima simpatija għall-vittmi ta’ din it-traġedja.  F’Mejju li għadda, l-eks uffiċjal għoli ta’ Lukoil Alexander Subbotin, wkoll kien miet taħt ċirkostanzi misterjużi.

Ekonomija

Sport