Saturday, May 18, 2024

In-nefqa fl-innovazzjoni tlaħħaq il-€178 miljun fl-2020

Aqra wkoll

In-nefqa fuq l-innovazzjoni fl-2020 kienet stmata li tlaħħaq il-€178 miljun. 

Dan ħareġ minn statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) fuq informazzjoni miġbura mill-‘Community Innovation Survey’ għall-perjodu 2018-2020.

Jirriżulta li 843 intrapriża li jimpjegaw mill-inqas 10 persuni, jew 33.9% tal-intrapriżi li ħadu sehem fl-istħarriġ, wettqu attività ta’ innovazzjoni.

Ir-riżultati juru li 295 intrapriża kienu involuti kemm fil-proċess tal-prodott kif ukoll tan-negozju, 437 kienu involuti biss fl-innovazzjoni tal-prodott u 31 oħra wettqu jew riċerka u żvilupp (R&D) jew attivitajiet oħra ta’ innovazzjoni. 

L-intrapriżi bl-akbar nefqu kienu fl-informazzjoni u l-komunikazzjoni segwiti mill-manifattura, attivitajiet finanzjarji u ta’ assigurazzjoni, li jammontaw għal 36.1%, 25% u 15.2% rispettivament. 

L-istħarriġ sab li 17.1% tal-intrapriżi innovattivi kollha indikaw li kellhom mill-inqas arranġament wieħed ta’ koperazzjoni ma’ intrapriżi jew organizzazzjonijiet oħra. 43.1% ta’ dawn l-intrapriżi kellhom koperazzjoni ma’ intrapriża ta’ negozju privat barra mill-grupp ta’ intrapriżi. 

Kienu biss 10.7% tal-intrapriżi li applikaw għal dritt jew liċenzja tal-proprjetà intellettwali.

Sport