Thursday, September 19, 2024

Karim Adeyemi bejn Liverpool u Newcastle

Aqra wkoll

Liverpool u Newcastle United jinsabu interessati fil-winger u attakkant internazzjonali Ġermaniż Karim Adeyemi. Dan tal-aħħar għandu 22 sena u qed jispikka ma’ Borussia Dortmund fil-Ġermanja. Hu skorja 11-il gowl fi 48 dehra mat-tim li jilgħab fis-Signal Iduna Park u dan kollu ma ħarabx l-għajnejn attenti tar-Reds u l-Magpies.

Adeyemi diġa’ lagħab erba’ partiti mat-tim nazzjonali Ġermaniż u mistenni jkompli jissielet għall-postu fis-snin li ġejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport