Kont għadni ma twelidx meta qatluk
Iżda ismek kiber miegħi
Waqt żmien presepji u kartolini
Politiċi ġieħ dejjem jafu jtuk. 
Ittra bomba dwiet u ħasdet pajjiż
Ritratti rajna ta’ twerwir 
Profs Edwin sar wieħed minsuġ fina
Mbezza’, rrabjati u mnikta b’dal-piż 
Li ntefa f’ħoġorha waqt li qatluk. 
Ô Karin, bint Malta ħanina 
Kif kellha l-politka ta’ ġid u tama
Fi fjurtek flok sawruk, lilek waqfuk? 
Sa fejn iwaslu l-poter u l-kilba?
Dal-pajjiż int x’qatt għamiltlu
Biex kif mid-dlam intfietlek ħajtek 
Sal-lum il-ġustizzja baqgħet fl-oskur 
“Tikkonfondix, b’serjetà ngħidlek min”
U b’dik il-frażi bħal kollox straħ
Ħlief qrabatek li jgħożżuk u tilfuk
Ma’ dawk li fehmu l-wegħdi b’teatrin.
Kemm għadda żmien sa ma Malta nbidlet
Bi qtil politku xejn m’iktar smajna
Futur ta’ għaqda u tolleranza
Iżda b’demmek l-istorja nkitbet.
Jean Claude Micallef – Deputat Laburista 3 Distrett

