Saturday, May 4, 2024

Karozza ġdida żvelata minn University of Malta Racing

Aqra wkoll

Jumejn ilu l-Park Storiku ta’ Ħaġar Qim ħa żvolta moderna fejn ic-ċentru tal-viżitaturi ġie mibdul f’żona ta’ esebizzjoni għall-grupp Malti tal-Formula Student. B’kuntrast mat-Tempji ta Ħaġar Qim, li huma wħud mill-iżjed strutturi mibnija antiki fid-dinja, it-teknoloġija moderna tal-aħħar verżjoni tal-karozza tal-grupp ta’ studenti universitarji ġiet żvelata lill-pubbliku.

Il-grupp University of Malta Racing (UMR) huwa magħmul minn studenti li ġejjin minn diversi fakultajiet li jingħaqdu biex jiddiżinjaw, jibnu u fl-aħħar itellqu b’dawn l-istess karozzi f’kompetizzjonijiet barra minn xtutna hekk imsejħa ‘Formula Student’ L-istudenti bħalissa qiegħdin fi tħejjijiet biex jikkompetu fil-kompetizzjoni Formula Student UK li ser tiġi organizzata f’Silverstone Race Circuit fil-bidu ta Lulju. Issa li ġiet żvelata l-karozza, l-istudenti ser ikunu qiegħdin jużaw iż-żmien li fadal biex jtejjbu u jottimizzaw l-karozza, li ġiet mibnija kompletament minn dawn l-istess studenti. Fl-istess waqt, is-sewwieqa ser ikomplu bit-taħriġ tagħhom għall-kompetizzjoni.

Il-kompetizzjoni għandha regoli stretti li kull staġun, kull grupp irid jibni karozza mill-ġdid sabiex l-istudenti jkollhom l-opportunita’ li jesperjenzaw l-passi kollha tal-proġett, inkluż l-ippjanar, l-użu ta’ simulations, il-manifattura u l-ittestjar tal-karozza.

Preżenti f’din l-attivita’ kien hemm il-Pro Rettur Professur Ing. Simon Fabri u l-Onorevoli Dr Clifton Grima, Ministru tal-Edukazzjoni u Sport, li faħħar x-xogħol tal-studenti u awgura lill-studenti għall-kompetizzjoni fejn ser ikunu qiegħdin jirrapreżentaw lil pajjiżhom.

Apprezzament

University of Malta Racing tixtieq tirringrazzja lill-isponsors u lil dawk kollha li jgħinu lil din l-organizzazzjoni fosthom l-Universita ta` Malta, il-Faculty Advisor Dr Ing. Emmanuel Francalanza, kif ukoll il-bosta għalliema u ħaddiema fi ħdan l-Universita’ li mingħajr l-għerf u l-esperjenza tagħhom proġett bħal dan żgur ma jkunx possibli

Grazzi speċjali tmur lill-Ministeru Tal-Edukazzjoni u Sport, TechMT, Empav, Tekmoulds, Enemed, Express Trailers, Heritage Malta, Kamoy, Mita, Playmobil, Silvercraft, Trelleborg, G Molton, MatoTech, Jekran, Wurth, MGTech, Rotta, Ricardo, TakeOff, ACMA Malta, Schrott Racing, Embroidery and More, Cardona Engineering, Esplora, Fabian Enterprises, Invent 3D, SKF, T Zoqdi Racing, GT Power, IKC , Carven Engineering, Debsons Autoparts and MST Audiovisual.

Tista’ tikkuntattja lit-tim UMR billi tibgħat email fuq [email protected] jew billi tibgħat messaġġ fuq Facebook (www.facebook.com/uomracing) fejn it-tim iżomm lill-pubbliku aġġornat.

Sport