Friday, May 3, 2024

Tennis: Iż-żagħżugħ Alcaraz jissorprendi lil Nadal u Djokovic

Aqra wkoll

L-istilla żagħżugħa Carlos Alcaraz issorprenda lin-numru wieħed tad-dinja Novak Djokovic f’rebħa bi tliet sets biex wasal għall-finali tal-Madrid Open li se ssir tard il-Ħadd fil-għaxiija.

Iż-żagħżugħ Spanjol ta’ 19-il sena kompla fuq ir-rebħa tiegħu fil-kwarti-finali fuq Rafael Nadal b’suċċess ta’ 6-7 (5-7) 7-5 7-6 (7-5).

Alcaraz laħħaq ma’ dak kollu li tefa’ Djo­kovic fuqu u ferraħ lill-folla domestika b’xi drop shots brillanti.

Huwa lagħab kontra ċ-champion renjanti, Alexander Zverev, fil-finali wara li l-Ġermaniż għeleb lill-Grieg, Stefanos Tsitsipas.

Zverev, fit-tielet post fir-ranking tad-dinja rebaħ 6-4 3-6 6-2, biex irreġistra l-ewwel reb­ħa tiegħu fuq it-tafal kontra n-numru 5 tad-dinja.

B’hekk Alcaraz sar l-ewwel player li għe­leb liċ-champion tal-Grand Slam 21 darba, Nadal, u dak 20 darba, Djokovic, fi ġranet kon­sekuttivi fuq court tat-tafal.

Huwa qed igawdi staġun mill-aqwa, fejn ix-xahar li għadda rebaħ l-ewwel titlu tal- Masters 1000 f’Miami li għenu jidħol fl-ewwel 10 tar-rankings dinjija għall-ewwel darba.

“Dan jagħtini ħafna kunfidenza biex nilgħab il-finali,” qal Alcaraz.

“Naf li lgħabt logħba tassew tajba, u għall-kumplament tal-istaġun naħseb li kapaċi nilgħab kontra l-aqwa players tad-dinja u negħlibhom ukoll, u għalhekk tagħtini ħafna kunfidenza.”

Sport