Mill-Parlament irriżulta minn domanda tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said li nxtraw ammont ta’ karozzi tal-linja elettriċi u dawn waslu u tpoġġew f’bitħa fix-Xagħra Għawdex. Id-Deputat Chris Said staqsa kemm swew u meta se jibdew jintużaw “għax il-flus ħarġu”.
Il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, wieġeb li “ l-karozzi tal-linja li jaħdmu bl-elettriku ngħid li iva dawn inxtraw xi xhur ilu u waslu ftit ġimgħat ilu. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet dwar kif l-aħjar li jintużaw. Qed naraw kif nistgħu nagħtu servizzi b’xejn lill-pubbliku f’Għawdex permezz ta’ dawn il-karozzi.”