Friday, May 3, 2024

L-Iskozja tissikka ċ-ċintorin wara li ftit tal-ġimgħat ilu kienet kważi ħielsa mill-pandemija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Skoċċiż għadha kemm ħabbret li l-pubs, bars, ristoranti u kafetteriji madwar il-parti ċentrali tal-pajjiż, inklużi Glasgow u Edinburgh se jkunu ordanti jibqgħu magħluqin għal ġimagħtejn mill-Ġimgħa li ġej. Li se jinżamm biss se jkun is-servizz tat-take away.

Dawk li ma jagħmlux parti mil-lokalitajiet imsemmija se jkunu pprojbiti li jervu xorb alkaħoliku fuq ġewwa u l-bejgħ ta’ ikel se jkun aċċettat biss sas-6:00 p.m. Nicola Sturgeon żied et tgħid li s-servizz ta’ bejgħ ’il barra mill-ħanut se jkun aċċettat sal-10:00 p.m.

Hija għamlitha ċara li tifhem li l-ebda deċiżjoni ma hi faċli u kkonfermat tgħid li hi konxja li b’kull deċiżjoni se jkunu affettwati l-ħajjiet u l-impjiegi tan-nies.

Minkejja dan iż-żieda fl-infezzjonijiet wasslet biex jittieħdu dawn il-miżuri.

Flimkien ma’ dawn il-miżuri hija ħabbret l-għeluq tal-iswali tal-isnooker, bowling u l-bingo għal ġimagħtejn li jibdew mill-10 ta’ Ottubru.

Sports li jinkludi kuntatt; għajr dak professjonali, se jkun qed jiġi sospiż għal ġimagħtejn ukoll.

Il-Gyms se jinżammu miftuħin.

Attivitajiet fuq barra mhux se jkunu permessi u r-residenti għandhom jevitaw it-trasport pubbliku mingħajr bżonn.

Dawn il-miżuri qed jittieħdu wara li fl-aħħar 24 siegħa fil-pajjiż kienu rreġistrati aktar minn 1,000 każ ġdid ta’ Covid-19.

Ma’ dawn il-każi kien hemm ukoll mewt ta’ persuna oħra li żdiedet mal-2,533 persuna li tilfu ħajjithom qabel waqt li kienu pożittivi għall-virus.

Minbarra dawn, hemm 28 persuna li jinsabu fit-taqsima tal-kura intensiva fl-isptarijiet.

Lura f’Ġunju Sturgeon kienet ħabbret li l-pajjiż “ma kienx ‘il bogħod”  milli jelimina l-virus, b’figuri relattivament baxxi għal diversi ġranet anke jekk hi stess kienet għammettiet li kienet sfida biex is-sitwazzjoni tinżamm taħt kontroll.

Sport