Friday, December 27, 2024

Karozzi tal-Linja involuti f’529 inċident fl-ewwel nofs tas-sena

Aqra wkoll

Fl-ewwel nofs ta’ din is-sena kien hemm 529 inċident li fihom kienu involuti karozzi tal-linja. Dan irriżulta minn tweġiba parlamentari li saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia mid-deputata Graziella Attard Previ. 

Il-Ministru min-naħa tiegħu kompla biex jelabora fit-tweġiba tiegħu u qal li minn fost dan l-ammont totali kien hemm il-maġġoranza tal-inċidenti li kienu jinvolvu vetturi oħra iżda kienu minuri bħal ngħidu aħna inċidenti ta’ bumper to bumper. 

224 tal-każi resġistrati, il-karozzi tal-linja kienu involuti f’inċidenti fejn laqtu xi oġġett, fi tliet inċidenti kienu involuti xi persuni u 106 każi oħra li ma kinux klassifikati. 

Ekonomija

Sport