Saturday, May 18, 2024

Lautaro Martinez viċin li jestendi ma’ Inter

Aqra wkoll

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Inter, Beppe Marotta, jkkonferma r-rapporti li l-club qed ‘jinnegozja biex jestendi l-kuntratt b’ħames snin oħra’ mal-captain Lautaro Martinez.

L-attakkant internazzjonali Arġentin huwa l-aktar plejer importanti fl-iskwadra, speċjalment wara li rebaħ it-Tazza tad-Dinja  2022 f’Novembru li gadda, filwaqt li kien figura ewlenija fir-rebħ tal-Coppa Italia, is-Super Cup Taljana kif ukoll bħala finalisti taċ-Champions League.

Lautaro Martinez rebaħ il-premju tal-Gazzetta dello Sport u Marotta kien hemm biex jirċivieh f’ismu.

“Aħna kburin bħala Inter meta wieħed mill-plejers tagħna jirbaħ premju individwali, għax fi sport ta’ team il-mertu jmur ukoll għal sħabu,” qal il-Kap Eżekuttiv.

Il-player ta’ 26 sena ġie ffirmat mingħand Racing Club għal €25 miljun fis-sajf tal-2018 u l-kuntratt attwali tiegħu jintemm f’Ġunju, 2026.

Skont Marotta, it-taħditiet huma avvanzati u hija biss formalitá meta se jiffirma l-kuntratt il-ġdid. 

Sport