Wednesday, July 24, 2024

“Kawża li turi l-aggressività tal-Kap tal-PN fil-konfront ta’ esponenti tal-gvern preċedenti u tal-lum”

Il-PM b’reazzjoni wara seduta fil-kawża b’rabta mal-konċessjoni tal-Isptarijiet

Aqra wkoll

“Illum kellna seduta oħra fil-kawża li l-Kap tal-Oppożizzjoni u Adrian Delia għamlu kontra l-Avukat tal-Istat, kawża li fiha qiegħed joħroġ ma’ kull minuta li tgħaddi minnha kemm saret biex tfixkel il-proċeduri t’arbitraġġ internazzjonali”. Iddikjara dan il-Prim Ministru Dr Robert Abela fl-ewwel reazzjoni wara s-seduta ta’ dalgħodu b’rabta mal-kawża miftuħa minn Dr Bernard Grech u Dr Adrian Delia kontra l-Avukat tal-Istat b’rabta mal-kwistjoni tal-konċessjoni tal-Isptarijiet.

Dr Abela qal li hija wkoll kawża li qed turi element ta’ aggressività mill-Kap tal-Oppożizzjoni fil-konfront ta’ esponenti tal-gvern preċedenti u dak tal-lum ukoll.

“Jikxef ukoll l-għan warajha li mhuwiex li jipproteġi l-interessi tal-poplu Malti u Għawdxi għax dak l-interess huwa protett fil-proċeduri internazzjonali tal-arbitraġġ. Dawn il-proċeduri għandhom il-ħsieb li jfixklu u mhux jgħinu dak l-arbitraġġ”, kompla l-Prim Ministru.

B’rabta mal-episodju tal-astensjoni tal-Imħallef Grixti wara li l-Oppożizzjoni ppuntat pistola ma’ ras l-Imħallef Grixti, pistola li eventwalment faqqgħet u poġġiet lill-Imħallef Grixti dahru mal-ħajt.

“Kien episodju fil-fehma tiegħi tal-mistħija għal mod ta’ kif sfaċċatament u frontalment l-oppożizzjoni għażlet li tqajjem lill-mejjet għax attakkat lill-Imħallef għax kien kuġin ta’ Kirurgu li llum huwa snin mejjet. Kien episodju li jurik kemm verament il-Partit Nazzjonalista mhux jirrispetta l-istituzzjonijiet iżda jheddidhom biex jiddeċiedu kif irid hu”, temm Dr Abela.

Ekonomija

Sport