Wednesday, July 24, 2024

Is-suspettat fl-għajbien ta’ McCann se jgħaddi ġuri fuq reati sesswali

Aqra wkoll

Ir-raġel li huwa s-suspettat dwar għajbien ta’ Madelein McCann, se  jgħaddi ġuri b’rabta ma’ każijiet relatati ma reati sesswali. Fil-fatt, il-Qorti tal-Portugal ordnat li l-ġuri jibda jinstema fil-ġimgħat li ġejjin. 

Christian Brückner għandu jitressaq il-Qorti fis-16 ta’ Frar. Huwa jinsab akkużat b’ħames reati u li jmorru lura għas-snin bejn l-2000 u l-2017. Din mhijiex l-ewwel darba li huwa se jitressaq il-Qorti. Huwa  diġa qed jiskonta sentenza ta’ ħabs wara li kkommetta stupru fuq mara anzjana Portuġiża ta’ 72 sena  fl-iistess żona li dehret l-aħħar fiha dak iż-żmien iċ-ċkejkna Mccann qabel ma għebet.

L-għajbien ta’ Madeleine, seħħ meta hi kellha biss tliet snin. Hija kienet fuq btala mal-familja tagħha fl-Ocean Club fi Praia da Luz, fl-Algarve tal-Portugall meta għosfrot fit-3 ta’ Mejju 2007. 

F’Settembru tal-istess sena, il-ġenituri ta’ Madeleine – Kate u Gerry – flimkien ma’ Robert Murat kienu tqiesu bħala suspettati, iżda ġew meħlusa minn kull suspett minħabba li ma nstabet l-ebda evidenza li torbothom mal-għajbien taċ-ċkejkna.

Ekonomija

Sport