Thursday, May 9, 2024

Każ Jagtar Singh Johal: Aġenziji tal-intelliġenza tar-Renju Unit akkużati li taw informazzjoni li wasslet għat-tortura

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-aġenziji tal-intelliġenza tar-Renju Unit qed jiġu akkużati li għarrfu lill-awtoritajiet Indjani dwar ċittadin Brittaniku qabel allegatament ġie maħtuf u ttorturat mill-pulizija tal-Punjab. 

Jagtar Singh Johal minn Dumbarton, kien fl-Indja fl-2017 meta l-familja tiegħu qalet li kien imġiegħel jidħol f’karozza. Huwa allega li mbagħad ġie ttorturat għal jiem sħiħ, inkluż b’xokk elettriku. Minn dakinhar, huwa baqa’ jinżamm f’detenzjoni. 

Diversi Prim Ministri Ingliżi suċċessivi qajmu l-każ tiegħu iżda l-Gvern Indjan ċaħad li kien ittorturat jew trattat ħażin. Johal kien blogger attiv u attivist għad-drittijiet umani tas-Sikh, li jingħad li ġabuh għall-attenzjoni tal-awtoritajiet Indjani. 

F’Mejju, huwa ġie akkużat formalment b’konfoffa biex jitwettaq qtil, u li kien membru ta’ gang terroristiku. Huwa se jiġi ppreżentat b’lista twila ta’ akkużi kontrih ix-xahar id-dieħel u jista’ possibillment jaffaċċja l-piena tal-mewt. 

L-awtoritajiet Indjani qed jgħidu li l-akkużi huma relatati man-nazzjonaliżmu Sikh, għalkemm huwa qed jiċħad kwalunkwe aġir ħażin. 

Sport