Il-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) għamel riferenza għall-filmat li qed jiċċirkola online li juri mġiba ħażina waqt taħdita fil-Kulleġġ. Fi stqarrija l-MCAST qal li ħa azzjoni mmedjata u rapport l-każ lill-pulizija u issa dan qed jiġi investigat.
L-MCAST qal ta l-appoġġ sħiħ tiegħu lill-membru tal-istaff, u għaddejjin proċeduri dixxiplinarji dwar il-każ.
Filwaqt li kkundanna bil-qawwa kull forma ta’ vjolenza u jqis azzjonijiet bħal dawn bħala ksur intollerabbli tad-dinjità tal-impjegati u l-istudenti, il-Kulleġġ sostna li ma jittollerax, u mhux se jittollera l-vjolenza kontra xi membru tiegħu.
Għalhekk, il-Kulleġġ qed jieħdu pożizzjoni soda kontra aġir inaċċettabbli bħal dan u l-użu ta’ vjolenza, li jista’ jirriżulta f’sospensjoni immedjata u anki tkeċċija mill-Kulleġġ.