Iżrael u l-Iżvizzera huma fost l-aħħar pajjiżi li kkonfermaw każi monkeypox, biex b’hekk issa hemm 14-il pajjiż li għandhom każijiet.
Dawn iż-żewġ pajjiżi identifikaw każ kull wieħed. S’issa, iktar minn 80 każ ġew ikkonfermati mifruxa fl-Ewropa, l-Istati Uniti, il-Kanada u l-Awstralja. Il-marda tal-monkeypox hija komuni f’partijiet tal-Afrika ċentrali u fil-Punent tal-Kontinent.
Din l-imxija tista’ tgħid li kienet sorpriża għall-esperti mediċi, u dawn ikkjarifikaw li din mhix marda li tittieħed faċilment u b’hekk ir-riskju li din tinfetta numru kbir ta’ nies huwa baxx ħafna. Is-sintomi ta’ din il-marda huma ħfief ħafna, u ġeneralment il-maġġoranza tal-persuni jfiqu f’qasir żmien.