Thursday, May 16, 2024

Tottenham Hotspur iridu jiffirmaw lil Ivan Perisic

Aqra wkoll

Tottenham Hotspur qed ifittxu li jakkwistaw lill-winger ta’ Inter, Ivan Perisic, bi free transfer dan is-sajf.

Kif inhuma l-affarijiet, il-Kroat se jħalli lil San Siro malli jiskadi l-kuntratt tiegħu f’Ġunju, mingħajr estensjoni maqbula bejn il-player u l-klabb f’dan l-istadju.

Il-player ta’ 33 sena kien marbut ħafna ma’ ċaqliq lejn Chelsea bħala riżultat, iżda huwa mifhum li l-Spurs huma l-aħħar club li rreġistra interess fis-servizzi tiegħu.

Sport