Saturday, May 4, 2024

Każi ta’ monkeypox fl-Iżrael u l-Iżvizzera… m’hemmx riskju li dan jinfirex b’mod allarmanti

Aqra wkoll

Iżrael u l-Iżvizzera huma fost l-aħħar pajjiżi li kkonfermaw każi monkeypox, biex b’hekk issa hemm 14-il pajjiż li għandhom każijiet. 

Dawn iż-żewġ pajjiżi identifikaw każ kull wieħed. S’issa, iktar minn 80 każ ġew ikkonfermati mifruxa fl-Ewropa, l-Istati Uniti, il-Kanada u l-Awstralja.  Il-marda tal-monkeypox hija komuni f’partijiet tal-Afrika ċentrali u fil-Punent tal-Kontinent. 

Din l-imxija tista’ tgħid li kienet sorpriża għall-esperti mediċi, u dawn ikkjarifikaw li din mhix marda li tittieħed faċilment u b’hekk ir-riskju li din tinfetta numru kbir ta’ nies huwa baxx ħafna. Is-sintomi ta’ din il-marda huma ħfief ħafna, u ġeneralment il-maġġoranza tal-persuni jfiqu f’qasir żmien. 

Sport