Monday, December 23, 2024

Każini tal-banda jfakkru r-rabtiet mal-familja Rjali Ingliża

Aqra wkoll

Wara l-mewt tar-Reġina Eliżabetta II bosta kienu dawk il-każini tal-banda li fakkru r-rabtiet li għandhom mal-familja Rjali Ingliża u ż-żjarat li għamlu f’Malta. Fost dawn kien hemm il-Banda Queen Victoria taż-Żurrieq li fakkret kif fit-2 ta’ Ġunju 1953 kienet ħadet sehem bid-daqq ta’ marċi brijużi ġewwa l-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-Inkurunazzjoni tar-Reġina Eliżabetta II. 

Kienet ukoll okkażjoni ferm sabiħa għall-Kumitat Ċentrali meta nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Mejju 1992 kellu x-xorti jiltaqa’ personalment mar-Reġina u d-Duka t’Edinburgh ġewwa s-Sacra Infermeria, il-Belt Valletta. Din il-banda ġġib isem imperjali, isem ir-Reġina Vittorja tal-Ingilterra. 

Ta’ min isemmi li f’Malta nsibu baned oħra li jġibu isem irjali. Dawn huma l-Banda King’s Own tal-Belt Valletta, il-Banda Prince of Wales tal-Birgu, il-Banda Queen’s Own tal-Isla, il-Banda Duke of Connaught f’Birkirkara, il-Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba u l-Banda Imperial tal-Mellieħa fost oħrajn. 

Ekonomija

Sport