Tuesday, April 30, 2024

Floriana jirbħu d-derby kontra Valletta

Aqra wkoll

Floriana ………..1

Valletta ………..0

Goal ħames minuti mit- tmiem ta’ Kemar Reid ta rebħa lil Floriana bl-iskor ta’ 1-0 fuq ir-ri­vali eterni Valletta biex dawn tal-aħħar sofrew l-ewwel telfa tal-istaġun. 

Kienet partita bilanċjata u “nadifa” ħafna fejn iż-żewġ timijiet ftit li xejn taw spazju lil xulxin.

Appena għaddew 23 sekondi Floriana resqu ferm viċin li jiftħu l-iskor meta x-xutt ta’ Adam Magri Ove­rend minn barra l-kaxxa deher li se jispiċċa fir-rokna tax-xibka iżda l-goalkeeper, Alessandro Guarnone, tar minn tulu biex dawwar f’corner.

Fid-disa’ minuta, Valletta rebħu free-kick barra l-kaxxa meta twaqqa’ Kilian Bevis iżda x-xutt ta’ Ulrich Ngong kien wisq ċentrali.

Fil-15-il minuta, Bevis re­baħ dwell ma’ Emiliano Callegari f’tarf il-kaxxa iżda l-konklużjoni tiegħu spiċċat ferm għoli.

Fit-18-il minuta, Valletta appellaw għal penalty meta Enmy Pena Beltre deher jaqa’ f’kuntrast ma’ Oualid El Hasni … iżda minflok, l-istess Beltre ntwera l-karta s-safra għal simulazzjoni minħabba li ma kien hemm l-ebda kuntatt bejn iż-żewġ players.

Fis-37 minuta, il-Beltin heddew meta Bevis xeħet għan-nofs iżda Ngong wasal tard biex seta’ għamel xi forma ta’ ħsara. Tliet minuti wara, il-Greens għamlu reazzjoni iżda x-xutt ta’ Mattia Veselji ġie salvat minn Guarnone.

L-ewwel azzjoni fit-tieni taqsima waslet fl-54 minuta min-naħa ta’ Valletta iżda Bevis falla l-mira kompletament. 

Fis-70 minuta, il-ħarġa tal- goalkeeper Guarnone kienet puntwali biex laħaq eżatt qabel Fernando Juarez seta’ jikkonkludi. Fil-81 minuta, Guarnone reġa’ kien provi­denzjali meta salva b’mod spettakolari x-xutt ta’ James Scicluna minn barra l-kaxxa.

Ħames minuti mit-tmiem Floriana marru fil-vantaġġ meta KEMAR REID għe­leb in-nasba tal-offside mit-through pass ta’ Andrei Cio­lacu, avvanza u xeħet fir-rokna tax-xibka.  

FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 2-Adam Magri Overend, 3-Christian Rutjens, 4-Oualid El Hasni (72-Eden Hershkovic 82), 7-Mattia Veselji (77-Aleando Garzia 51), 8-Kemar Reid (8-Owen Spiteri 89), 16-Fernando Juarez, 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli (11-James Scicluna 51), 25-Lorenzo Trillo (9-Andrei Ciolacu 51), 28-Emiliano Callegari  – Coach: Gianluca Atzori

VALLETTA: 26-Alessandro Guarnone, 3-Enzo Ruiz, 4-Jean Borg, 8-Triston Caruana (30-Llywelyn Scicluna 78), 10-Shaun Dimech, 14-Christian Gauci (9-Andrea Zammit 87), 18-Enmy Pena Beltre, 21-Bradley Kamdem Fewo, 28-Ulrich Nnomo Ngong (88-Flavio Cheveresan 67), 66-Eslit Sala, 93-Kilian Bevis – Coach: Thane Micallef

REFEREE: Trustin Farrugia Cann

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Duncan Spencer

RABA’ UFF: Darryl Agius

SKORERS: K. Reid 85 (F)

AMMONITI: E.P. Beltre, C. Gauci, T. Caruana E. Sala (V); F. Juarez, O. El Hasni (F)

Sport