Friday, May 17, 2024

Mosta jirritornaw għar-rebħ

Aqra wkoll

Pietá Hotspurs ….1

Mosta ………………4

Mosta rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Pie­tá Hotspurs 4-1 li min-naħa tagħhom għadhom min­għajr l-ebda punt.

Mosta kien jimmeritahom dan is-suċċess għalkemm il- Hotspurs lagħbu bi player in­qas għal aktar minn taqsima wara t-tkeċċija ta’ Bangura.

Fis-seba’ minuta, kienu Mosta li ħolqu l-ewwel okkażjoni ta’ skor meta minn free-kick ta’ Clayton Failla mil-lemin, Zach Brincat impenja lil Reeves Cini bir-ras iżda l-goalkeeper tal-Hotspurs dawwar f’corner.

Fid-29 minuta, huma fetħu l-iskor meta minn cross ta’ Briffa, CHRIST EMEME għe­­leb lil Cini bir-ras

Fil-31 minuta, il-Hotspurs ippruvaw jirreaġixxu u Yamaguchi ttanta xortih bi free-kick li ġie salvat minn Akpan. Ħames minuti wara, Mosta kienu sfortunati li ma rduppjawx meta Brincat għadda lejn Ememe li mill-cross tiegħu, Briffa laqat il-mimduda mill-qrib, bil-ballun jasal għand Brincat li kellu t-tentattiv minn tarf il-kaxxa mdawwar f’corner.  Fl-45 minuta, il-Hotspurs sofrew daqqa ta’ ħarta meta Clinton Bangura ġie mkeċċi mir-referee Philip Farrugia wara daħla kerha fuq Briffa.

Fit-tieni taqsima, Pietá ħarġu jfittxu l-goal tad-draw fit-tieni taqsima u wara biss minuta xutt b’saħħtu ta’ Belibi ġie salvat minn Akpan f’corner biex żewġ minuti wara, konklużjoni ta’ Eme­me ġiet salvata tajjeb f’corner minn Cini. Fil-50 minuta, tentattiv ta’ Acheampong minn tarf il-kaxxa laqat il-mimduda u l-wieqfa.

Fis-56 minuta minn cross ta’ Brincat, xutt bid-dawra ta’ Acheampong falla l-mira bi ftit waqt li żewġ minuti wara, free-kick mill-isbaħ ta’ Yamaguchi għal Pietá laqat il-lasta.

Iżda il-61 minuta, Mosta rduppjaw b’xutt ta’ ZACH BRINCAT minn barra l- kaxxa li għeleb lil Cini.

Żewġ minuti wara, il-Hotspurs naqqsu l-marġni grazzi għal SAMUEL OKOH li kellu xutt minn tarf il-kaxxa, mxellef minn Ekani.

Iżda fis-67 minuta Mosta kabbru l-vantaġġ meta huma ngħataw penalty wara li Nsu­moh twaq­qa’ fil-kaxxa minn Ogungbe u CLAYTON FAILLA ma falliex.

Mosta komplew iserrħu rashom b’goal ieħor seba’ minuti mit-tmiem ta’ JACOB AKRONG li minn pożizzjoni angolata xeħet fix-xibka.

PIETÁ H.: 1-Reeves Cini, 3-Clinton Bangura, 4-Sheldon Mizzi (17-Kurt Briffa 79), 5-Ito Yasukaze (2-Samuel Okoh 19), 7-Jake Ghio (11-Alan Schembri Wismayer 79), 8-Terence Agius (77-Sekou Amadou Camara 79), 22-Zean Leonardi, 24-Ganiu Atanda Ogungbe, 90-Angel Aboa Belibi, 95-Kian Leonardi (47-Gabriel Xuereb 67), 99-Takuma Yamaguchi  – Coach: Rodney Bugeja

MOSTA: 12-Ini Etim Akpan, 6-Roderick Briffa (10-Precious Linus Tenebe 70), 8-Christ Evo Ememe, 13-Clayton Failla, 20-Boubakary Diarra (5-Patrick Mensah 70), 22-Tyrone Farrugia (30-Jacob Nii Martey Akrong 54), 33-Geoffrey Edwin Acheampong, 74-Jake Vassallo, 77-Zachary Brincat (21-Nathan Agius 70), 98-Jonas Rodriguez Ekani, 99-Tobi Akiti (14-Johnson Kalu Nsumoh 46)   – Coach: Joseph Grech

REFEREE: Philip Farrugia

ASS. REFEREES: Mark Ciantar, Vasil Vasilev

RABA’ UFF: Emanuel Grech

SKORERS: C. Ememe 29, Z. Brincat 61, C. Failla 67 pen, J. Akrong 83 (M); S. Okoh 63 (PH)

AMMONITI: J. Ghio, G. Ogungbe (PH); B. Diarra, Z. Brincat, T. Farrugia, T. Akiti, J. Akrong (M)

TKEĊĊA: C. Bangura 45 (PH)

PLAYER TAL-LOGĦBA: Christ Ememe (Mosta)

Sport