Saturday, May 18, 2024

“Kburija li se nirreffja fit-Tazza tad-Dinja 2022”

Ir-referee Ġappuniża Yoshimi Yamashita

Aqra wkoll

Ir-referee Ġappuniża, Yoshimi Yamashita, sostniet li hija kburija li ntgħażlet maż-żewġ uffiċjali femminili, il-Franċiża, Stephanie Frappart u dik minn Rwanda Salima Mukansanga, li se jkunu parti minn grupp ta’ 36 referees li se jikkontrollaw il-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 2022. 

Yamashita, li għandha 36 sena, saret l-ewwel referee femminili li kkontrollat finali taċ-Champions League fl-Asja. 

“Ninsab kburija li ntgħażilt biex nikkontrolla logħbiet tal-akbar manifestazzjoni sportiva fid-dinja. Din hija ħolma li qatt ma ħsibt fuqha. 

“Nieħu din is-sejħa b’responsabbiltá kbira u se nagħmel dak kollu possibbli biex nipprepara fil-massimu tiegħu biex nagħmel lil pajjiżi kburi kif ukoll irrid niġġustifika l-għażla tal-FIFA bi prestazzjonijiet mill-aqwa. 

“Is-sejħa tat-tliet referees nisa hija turija tal-fiduċja tal-abbiltajiet tagħna … u nħeġġeġ aktar nisa biex jieħdu dan l-irwol għax fuq kollox huwa tant interessanti. Hija responsabbiltá kbira minħabba li se nkunu taħt il-mikroskopju. Peró se nilqgħu din l-isfida bl-aktar mod sublimi,” qalet Yamashita.

Sport